Filippina ta’ 43 sena li toqgħod Ħaż-Żebbuġ, indarbet serjament wara li ntlaqtet minn karozza tat-tip Maruti 800, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 29 sena mis-Siġġiewi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:30 tal-bieraħ filgħaxija, fi Triq it-Tiġrija, Ħal Qormi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lill-mara l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.