Mara ndarbet gravi wara li waqgħet madwar sular għoli waqt li kienet qed tnaddaf.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu f’residenza fi Triq Dun Karm Psaila, Ħaż-Żebbuġ.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li mara ta’ 59 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, kienet waqgħet madwar sular għoli waqt li kienet qiegħda tnaddaf.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.