Mara ta’ 53 sena minn San Pawl il-Baħar, indarbet gravi wara li waqgħet minn fuq ċint fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30 ta’ dalgħodu, fi Triq il-Korsa l-Antika.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lill-mara l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.