Mara ta’ 61 sena minn San Ġiljan weġġgħat gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Tal-Pietà.
L-inċident seħħ tard ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta ta’ nofsillejl fi Triq ix-Xatt.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-mara ntlaqtet minn karozza tal-għamla Peugeot, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 53 sena mill-Belt.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.