Ungeriża ta’ 30 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur it-Tlieta filgħaxija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:30 fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa, meta mutur tat-tip Sym Wolf misjuq mill-vittma ħabat ma’ karozza tat-tip Nissan Juke misjuqa minn mara ta’ 32 sena minn Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei u Ambulanza biex jagħtu l-għajnuna meħtieġa lill-vittma. Wara li ttieħdet l-isptar hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.