Mara qed issofri minn ġrieħi gravi filwaqt li raġel qed jinżamm arrestat wara li seħħ argument f’residenza f’San Ġiljan.
Il=każ seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart fi Triq Santa Rita, San Ġiljan.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li allegatament kien seħħ argument bejn Sirjan ta’ 24 sena, residenti Birkirkara u mara Brażiljana ta’ 33 sena, residenti San Ġwann.
Is-Sirjan ġie miżmum mill-Pulizija u ttieħed l-Għassa ta’ San Ġiljan, filwaqt li l-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
Waqt li s-Sirjan kien arrestat, dan beda jsir aggressiv u kkaġuna ġrieħi ħfif fuq Ku ntistabbli tal-Pulizija u anke hedded membri tal-Korp.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.