Mara ta’ 52 sena mill-Ħamrun sofriet minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra u kwart fi Triq Sant’ Andrija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara intlaqtet minn karozza tat-tip Citroen C1, li kienet qed tinstaq minn Indjan ta’ 36 sena minn San Pawl il-Baħar.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.