Mara ġarrbet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Bulebel.
L-iċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ dalgħodu f’Bulebel, limiti taż-Żejtun.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li seħħet ħabta bejn trakk tal-irmonk tat-tip Iveco Daily, misjuq minn raġel ta’ 42 sena, residenti l-Birgu u karozza tat-tip Maruti 800 misjuqa minn mara ta’ 55 sena, residenti Ħaż-Żabbar.
Il-mara ta’ 55 sena sofriet xi ġrieħi u għaldaqstant issejħet ambulanza li ħaditha l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja. Iktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.