Mara ndarbet gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku waqt li kienet passiġġiera fl-Imqabba.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija fi Triq il-Qrendi, l-Imqabba.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Nissan Navara, misjuq minn mara ta’ 34 sena minn Ħal Qormi u mutur Peugeot Tweet misjuq minn Pollakka ta’ 28 sena. Fuq il-mutur kien hemm ukoll Pollakka oħra ta’ 28 sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet il-passiġġiera l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika, fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.