Aċċident, li seħħ ftit tal-ħin ilu fil-Mosta, wassal biex mara tiġi rikoverata fl-Isptar Mater Dei ssofri minn ġrieħi kkawżati.
Jirriżulta li, għal xi raġuni li għadha mhux magħrufa, karozza u mutur kienu involuti f’ħabta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Uffiċjali mediċi assistew lill-mara fl-Ewwel Għajnuna, waqt li wara ambulanza ħaditha għal iżjed kura.
Fuq il-post, uffiċjali ta’ Transport Malta wkoll intervjenew biex jimmaniġġjaw it-traffiku li laħaq inġema’ minħabba l-aċċident.