Mara marida bil-kanċer u li tuża s-siġġu tar-roti lmentat bil-qawwi kontra l-linja tal-ajru Ryanair fuq il-ġurnal online The Sun, wara li tħalliet f’lift għal persuni b’diżabilità fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, filwaqt li l-ajruplan telaq mingħajrha.
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta esprima d-diżappunt tiegħu li n-nuqqas fis-servizz mogħti wassal għal dan l-episodju sfortunat u huwa ddispjaċut li l-esperjenza fl-ajruport ma laħqitx l-istandards . Dwar dan diġá nbdiet investigazzjoni mas-service provider sabiex tittieħed azzjoni korrettiva xierqa minnufih.
It-tim tal-ajruport ikkuntattja wkoll lis-Sinjura Walker sabiex niskużaw ruħna għal din is-sitwazzjoni tassew inkonvenjenti u għall-esperjenza negattiva li ġarrbet fl-ajruport tagħna.
Kay Walker ta’ 53 sena ngħatat għajnuna biex titla’ f’ambu-lift mentri passiġġieri oħra telgħu fuq l-arjuplan b’mod normali biex imorru r-Renju Unit. Hi u żewġha Ian ta’ 56 sena marru l-arjuport sagħtejn kmieni biex imorru lura l-Ingilterra wara ġimgħa btala f’Settembru. Iżda intebħu li kien hemm xi ħaġa ħażina meta semgħu l-magni tal-ajruplani jduru waqt li huma kienu għadhom fuq l-art. Il-bagalji tagħhom, li fihom kien hemm il-mediċina tal-mara, kienu abbord it-titjira.
Il-koppja qattgħu lejl ieħor f’Malta u qabdu titjijra lejn l-Ingilterra jum wara.