Inċident seħħ fl-inħawi magħrufa bħala l-Qammieħ fil-Mellieħa.
Ninsabu informati li turista waqgħat xi għoli għal isfel mal-irdum, f’post li l-ħaddiema li marru għall-assistenza sabu diffiċli tilħqu biex tipprovdi l-għajnuna. Fuq il-post marret ambulanza u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Dan seħħ ftit qabel il-17:30. Sorsi fuq il-post qalulna li l-mara kisret saqajha, iżda apparti hekk m’għandhiex ġrieħi ta’ theddid għal ħajjitha.