Mara ta’ 84 sena sfat milquta minn vettura tat-tip Peugeot 3008 misjuqa minn ġuvni ta’ 23 sena residenti Birkirkara. Il-każ ġara kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-5.00 fejn il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq San Bartolomew, Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard il-vitma ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. Aktar dettalji malli jaslulna.