Mara ta’ 70 sena, residenti l-Qala, kienet qed tirriversja quad bike tat-tip Honda TRX, meta għal xi raġuni waqgħet madwar sular għal isfel u ġiet f’għalqa.
Dan ġara lbieraħ għall-ħabta tas-6.30pm fi Triq il-Barbaġann fil-Qala, Għawdex.
Il-mara sofriet xi ġrieħi u għaldaqstant, ittieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz ta’ ambulanza fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr J Vella Cuschieri LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.