Mara ta’ 66 sena mietet fl-isptar Mater Dei wara li fit-8 ta’ Diċembru li għadda hija waqgħet ġo xaft minn għoli ta’ madwar sular fin-Nadur.
Il-Pulizija kienet ġiet imsejħa għall-ħabta tal-11:15am f’dar fi Triq ir-Ramla.
Dakinhar fuq il-post kien issejjaħ tim mediku mill-isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Il-mara kienet ttieħdet l-isptar b’ambulanza u aktar tard ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji.
Dwar dan il-każ kienet infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Bridget Sultana.