Mara ta’ 63 sena minn Birkirkara ġarrbet ġrieħi gravi wara li waqgħet minn għoli ta’ madwar sular f’residenza vojta.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħamsa neqsin għaxra ta’ waranofsinhar fi Triq Ħal Għargħur.
Tim mediku mill-Isptar Mater Dei mar fuq il-post jagħti l-ewwel għajnuna flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Il-mara ttieħdet l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard hija ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.