Mara Franċiża ta’ 63 sena minn Ta’ Xbiex qed tingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei għal ġrieħi gravi li sofriet wara li ġiet milquta minn karozza.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-12:45 fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-vittma kienet milquta minn karozza tat-tip Otokar Kent LF li kienet qed tintsaq minn raġel mill-Filippini ta’ 37 sena mill-Pietà.
Il-vittma ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ittieħdet b’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Hemmhekk, hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.