Mara ta’ 62 sena minn Ħal Tarxien sofriet ġrieħi ħfief wara li baqgħet dieħla ġo arblu taħt il-Mini ta’ Santa Venera.
Il-Pulizija kkonfermat ma’ One.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja u kwart il-Ġimgħa filgħodu.
Fuq il-post issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.