Mara ta’ 61 sena weġġgħet serjament f’inċident tat-traffiku f’Għawdex.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:30 ta’ filgħodu fi Triq l-Imġarr, ir-Rabat.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn tliet vetturi.
Vettura minnhom, tal-għamla Leyland kienet misjuqa minn raġel ta’ 69 sena mill-Munxar.
Karozza oħra kienet Toyota Belta misjuqa minn raġel ta’ 52 sena mill-Għarb filwaqt li t-tielet karozza kienet Toyota Vitz misjuqa mill-mara ta’ 61 sena li magħha kellha wkoll mara ta’ 81 sena bħala passiġġiera.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna tiegħu li ħa raġel minnhom u liż-żewġ nisa l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn aktar tard, ix-xufier tat-Toyota Belta ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.
Dan filwaqt li l-mara ta’ 61 sena weġġgħet serjament u l-passiġġiera weġġgħet gravi.
Il-Maġistrat tal-Għassa ħatret inkjesta biex tinvesta l-każ filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.