Mara Ingliża ta’ 73 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li sabet diffikultà waqt li kienet qed tgħum fil-baħar f’Perched beach f’Buġibba għall-ħabta tat-15.00pm.
Security li jaħdem il-waterpark, taha l-ewwel għajnuna fejn ġibidħa fuq l-art għax kienet wiċċħa l’isfel nofsha fuq is-slipway b’rasha ġol-baħar .
Imbagħad waslu fuq il-post persuni mis-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar fejn il-mara ttellgħet mill-baħar.
Jidher li l-mara kienet qed tgħum barra miż-żona li hija adekwata għall-għawm u nstabet wiċċha l’isfel.
Issejħet ambulanza fuq il-post.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin u huwa mifhum li nfetħet inkjesta Maġisterjali
Aktar dettalji malli jaslulna.