Dalgħodu għall-ħabta ta’ 9.30am, karozza tat-tip Perodua Kancil misjuqa minn mara ta’ 76 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, kellha mpatt ma ħajt fi Triq Lapsi, s-Siġġiewi. Konsegwenza t’hekk il-vettura spiċċat ġo għalqa.
Passiġġiera fl-istess vettura kien hemm żewġ persuni, mara ta’ 75 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u oħra ta’ 59 sena residenti s-Siġġiewi.
Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lil mara ta’ 59 sena l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Iktar tard ġiet ċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.