Mara ta’ 55 sena tilfet ħajjitha traġikament waqt li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qiegħda fil-baħar fl-inħawi magħrufa bħala ta’ Kantra, Ta’ Ċenc, fil-limit ta’ Sannat, f’Għawdex.
Il-Pulizija qalet li għall-ħabta tal-11.00 a.m. il-mara li hija Ġermaniża kienet qiegħda togħdos fl-inħawi msemmija u għal xi raġuni sabet ruħha f’diffikultà.
Il-vittma ġiet assistitha fuq il-post minn tim mediku, iżda sfortunatament ġiet iċċertifikata mejta.
Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa Dr J.Vella Cuschieri li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.
L-invesitgazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.