Mara ta’ 45 sena se titressaq il-Qorti b’arrest, mixlija b’ħasil ta’ flus u frodi fost oħrajn.
Hija se titressaq għall-ħabta ta’ 12:00pm, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella.
Dan wara investigazzjonijiet li wettqu Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji.
Il-Prosekuzzjoni ser titmexxa minn Dr Cinzia Alamango u Dr Sean Scerri De Caro mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, huma se jkunu assistiti mill-Ispettur Joseph Xerri.