Mara ta’ tlieta u erbgħin sena tilfet ħajjitha wara li waqgħet madwar tliet sulari minn fuq il-bejt tar-residenza tagħha.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-disgħa u nofs, hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Willie Attarrd, fil-Ħamrun.
Fuq il-post kien hemm tim mediku li ta l-assistenza u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei, iżda hija ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseann Farrugia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.