Mara ta’ 39 sena min-Nadur tinsab fil-periklu tal-mewt wara li żelqet waqt li kienet tiela’ bankina.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00 ta’ filgħodu, fi Triq it-Tiġrija, in-Nadur.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u tim mediku li ħa lill-mara l-isptar għal aktar kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigette Sultana li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin u qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.