Mara ta’ 38 sena miż-Żejtun, iddaħlet l-Isptar Mater Dei, issofri minn ġrieħi gravi.
Dan wara li għall-ħabta tal-5:00 ta’ dalgħodu, hija tilfet il-kontroll tal-vettura li kienet qed issuq tal-għamla, Honda Fit, u ħabtet ma’ Ford Transit li kien ipparkjat, fi Triq Tal-Labour.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei, għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.