Mara ta’ 38 sena mill-Maċedonja ta’ fuq ġarrbet ġrieħi gravi wara li l-karozza tal-għamla Toyota Vitz li kienet riekba fiha u li kienet misjuqa minn mara ta’ 40 sena mill-Indoneżja ħabtet ma’ vettura tat-tip VW Polo misjuqa minn raġel ta’ 30 sena wkoll mill-Maċedonja ta’ Fuq.
Fil-karozza misjuqa minn mara ta’ 40 sena kien hemm passiġġier ta’ 28 sena li n-nazzjonalità tiegħu għadha mhix magħrufa. Huma ġew iċċertifikati li ġarrbu ġrieħi ħfief.
Aktar tard il-passiġġier l-ieħor ta’ 28 sena mill-Maċedonja wkoll ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Filwaqt li s-sewwieq ta’ 30 sena u l-passiġġiera, Serba ta’ 38 sena li kienet miegħu ma sofrew l-ebda ġrieħi.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 3:20 tal-Ħamis filgħodu fi Triq Għajn Tuffieħa, San Pawl il-Baħar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.