Illum fis-siegħa ta’ waranofsinhar il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq Alfredo Cachia Zammit, iż-Żejtun.
Il-mara Ingliża ta’ 37 sena residenti Ħal Għargħur, intlaqtet minn Toyota Passo li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 58 sena residenti Ħaż-Żabbar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet serjament.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joseph Gatt LL.D li fetaħ Inkjesta filwaqt li lPulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.