Ungeriża ta’ 31 sena weġġgħet gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku bil-mutur f’Tas-Sliema.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart ta’ waranofsinhar fil-Ponta ta’ Tignè.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma tilfet il-kontroll tal-mutur li kienet qiegħda ssuq, tat-tip Yamaha u waqgħet.
Aktar tard, il-vittma ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.