Mara ta’ 31 sena, residenti l-Mosta weġġgħet gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku, fi Triq ix-Xatt f’Tas-Sliema.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-istħarriġ preliminari, irriżulta li l-mara kienet qiegħda issuq mutur tal-għamla Honda, tilfet il-kontroll u waqgħet.
Hi ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet ċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.