Russa ta’ 30 sena tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha wara li ttajjret f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-03.00, meta r-Russa, residenti San Ġiljan stess, intlaqtet minn vettura tat-tip Peugeot 607 misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti Marsaskala.
Hi ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.