Mara ta’ tletin sena mill-Gżira tinsab f’qagħda kritika wara li l-Ħamis filgħaxija kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija meta l-mara li kienet qed issuq mutur, kellha impatt ma’ karozza li kienet qed tinstaq minn Libjan ta’ tmienja u tletin sena li joqgħod il-Pietà.
Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.
Dwar il-każ inħatret inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt: CMRU