Judith Bakous ta’ 29 sena mill-Belt Valleta reġgħet spiċċat fil-kustodja tal-Pulizija, jumejn biss wara li ngħatat il-ħelsien mill-arrest wara li ġiet akkużata li ħarqet karozza ta’ tip Mercedes f’Novemnbru li għadda.
Il-Qorti rrevokat il-ħelsien mill-arrest ta’ Bakoush fuq teknikalità wara li l-Avukat Ġenerali appella d-deċiżjoni tal-Maġistrat Rachel Montebello. Hija kienet tat il-ħelsien mill-arrest wara li qalet li l-Avukat Ġenerali ma weġibx għat-talba fil-ħin.
Bakoush ġiet akkużata li kkummissjonat dan l-att, wara li kienet ċemplet taxi sabiex żewġ min-nies, li wkoll tressqu l-Qorti jumejn ilu, jaħarqu din il-karozza ta’ tip Mercedes fil-Belt Valletta.