Mara ta’ 28 sena min-Naxxar ittieħed l-isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’ħabta bejn tliet karozzi fi Triq Valletta fil-Mosta.
Il-mara kienet passiġġiera f’karozza tat-tip Suzuki Swift misjuqa minn raġel ta’ 28 sena li wkoll joqgħod in-Naxxar.
Huwa mifhum li waħda mit-tliet karozzi involuti, waqfet ħesrem bil-konsegwenza li baqgħu deħlin f’xulxin żewġ karozzi oħra. Bl-impatt, waħda mit-tliet karozzi spiċċat fuq in-naħa l-oħra tat-triq.
Il-karozzi l-oħrajn kienu tat-tip Toyota u Peugeot 407 li kienu misjuqa minn raġel barrani ta’ 30 sena u raġel ta’ 28 sena minn Santa Venera rispettivament.
Jidher li l-mara ġarrbet ġrieħi ħfif.