Illum, għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fil-bajja tax-Xwieni Marsalforn, Għawdex.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li Ġermaniża ta’ 28 sena sabet ruħha f’diffikulta waqt li kienet qed tgħum fl-istess bajja.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura meħtieġa. Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qegħda f’qagħda kritika.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr J Vella Cuschieri LL.D li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.