Mara ta’ 27 sena mill-Mosta, sofriet ġrieħi gravi kawża ta’ inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ it-Tlieta għall-ħabta tal-23:15 ta’ filgħaxija Triq il-Korp tal-Pijunieri.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tat-tip KIA misjuqa minn raġel ta’ 55 sena minn San Pawl il-Baħar u mutur tat-tip Royal Enfield misjuq mill-mara.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna. Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.