Żewġ anzjani ttajru fir-Rabat, Għawdex, għall-ħabta tal-11:30 tal-Ħamis filgħodu.
L-inċident seħħ fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat, meta mara ta’ 26 sena mir-Rabat Għawdex stess tajret żewġ anzjani waqt li kienet qed tirriversja l-karozza tat-tip Toyota Aygo.
Waħda mill-anzjani għandha 84 sena u hija residenti l-Qala, u l-oħra għandha 67 sena u hija mix-Xagħra.
Il-mara ta’ 67 sena qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan għadhom għaddejjin.