Għall-ħabta tas-1.15a.m, mara Irlandiża ta’ 45 sena allegat li ftit tal-ħin qabel kienet ġiet stupratha ġewwa appartament fl-Imsida, minn raġel li l-identita’ tiegħu għadha mhux magħrufa.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr D. Clarke LLD li ordnat li ssir inkjesta.
L-investigazzjonijie tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.