Mara ta’ 31 sena residenti Birkirkara sofriet minn ġrieħi gravi wara li kellha impatt ma’ żewġ vetturi li kienu pparkjati tal-għamla VW u Hyundai, bil-konsegwenza li nqalbet fuq ġenb bil-karozza tagħha, tat-tip Audi A1.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-01:30 ta’ filgħodu fi Vjal De Paule, Ħal Balzan.
Minnufih fuq il-post kienu msejħa membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu. Il-Mara ittieħdet l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn aktar tard ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.