Mara ta’ 26 sena minn Marsaskala qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fiż-Żejtun.
Il-każ seħħ għal ħabta tas-07:30 ta’ dalgħodu fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas fiż-Żejtun.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Citroen C4 Cactus misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti ż-Żurrieq u vettura tat-tip Toyota Hiace misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti ż-Żejtun.
B’riżultat ta’ dan intlaqtet ukoll vettura tal-għamla Fiat 500, misjuqa mill-mara.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna, waqt li l-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet dwar din l-inċident għadhom għaddejin.