Mara ta’ 23 sena mill-Ħal Qormi qed issofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ fil-11:00 tas-Sibt filgħaxija fi Triq Mikiel Anton Vassalli; meta għal xi raġuni l-mara, li kienet qed issuq karozza tal-għamla Suzuki Swift, tilfet il-kontroll tal-karozza b’konsegwenza li ħabtet ma’ siġra.
Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post filwaqt li sejħu għall-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili. Tim mediku mill-Isptar Mater Dei ta l-ewwel għajnuna u ħadu lil mara l-isptar għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.