Mara ta’ 32 sena mil-Latvja u residenti l-Imsida weġġgħet gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fl-Imsida.
Il-każ seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ waranofsinhar fi Triq Rue D’Argens, l-Imsida.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Stigo Valk misjuq minn
mara ta’ 32 sena mill-Latvja residenti Tal-Pietà u Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 69 sena
residenti l-Imsida.
Tim mediku ta l-assistenza fuq il-post u ambulanza ħadet ix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei
għall-kura meħtieġa. Aktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.