Illum, għall-ħabta tal-ħamsa u għoxrin, il-Pulizija ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li mara kienet sofriet xi ġrieħi wara li waqgħet ġewwa residenza privata li tinsab fi Triq Ċensu Muskat, in-Naxxar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar meta l-mara li għandha 62 sena, residenti in-Naxxar stess għal xi raġuni waqgħet it-taraġ u weġġgħet.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei fejn ġiet ċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi sejri.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin