Ġermaniża ta’ 53 sena isofri ġrieħi serji wara li waqgħet minn gallarija.
Il-każ seħħ kmieni filgħodu għall-ħabta tas-siegħa minn gallarija ta’ appartament li tinsab fit-tielet sular fi Triq il-Qsajjem, il-Munxar, Għawdex.
Il-Ġermaniża ttieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.