Mara qed issofri minn ġrieħi serji wara li waqgħet ilbieraħ ġħall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija. Il-pulizija minnufih marret f’residenza fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Qormi.
Mill-ewwel stħarriġ rriżulta li l-mara tfixklet waqt li kienet qed tinżel it-taraġ u konsegwentament waqgħet.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-mara ingħatat l-assistenza minn tim mediku u ġiet iċċertifikatha li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joseph Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.