Mara ta’ 26 sena isofri ġrieħi gravi wara li waqgħet minn tieqa u ġiet ġo bitħa.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija ġewwa residenza fi Triq l-Isqof F.S Caruana, l-Imsida.
Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei u ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.