Mara ta’ 56 sena li toqgħod Marsaxlokk, indarbet gravi wara li telgħet fuq ċint u waqgħet ġo gandott.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:15 ta’ dalgħodu, fi Triq il-Profs. Walter Fanado, Pembroke.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, li aktar tard ħa lill-mara l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.