Mara sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura fil-Mosta.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-18:15 ta’ filgħaxija fi Triq Ġuzeppi Callus, il-Mosta.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li mara ta’ 55 sena residenti l-Mosta sfat milquta minn vettura tat-tip Toyota Vitz li dak il-ħin kienet qegħda tiġi misjuqa minn mara ta’ 40 sena residenti l-Imġarr, Malta.
Il-vittma ttieħdet immedjatament l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.