Illum għall-ħabta tas-sitta, kien hemm bżonn l-assistenza tal-Pulizija fiTriq il-Missjunarji Maltin, Mosta.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari irriżulta li mara ta’ 57 sena, li tirrisjedi San Ġiljan, ġiet milquta minn vettura Honda Civic misjuq min ġuvni ta’ 28 sena, li jirrisjedi l-Imdina.
Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lill-mara ta’ 57 sena ġewwa l-isptar Mater Dei għall-aktar kura meħtieġa. Hija ġiet iċċertifikata li għandha ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.