Mara weġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza u baqgħet sejra.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ wara nofsinhar fi Pjazza Indipendenza r-Rabat, Għawdex.
Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett, fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara allegatament intlaqtet minn vettura li telqet minn fuq il-post.
Fuq il-post marret ambulanza, fejn ingħatat l-għajnuna minn tim mediku u wara li ttieħdet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin sabiex tinstab il-vettura li allegatament laqtet lill-mara.